Quddiem Xbiha tal-Madonna
Hekk kont sabiħa meta rajtek darba
F’ħolma, fil-hena taż-żgħurija tiegħi;
Kont rieqed waħdi f’sodda ċkejkna, mwarrba,
U Int mis-sema nżilt u qgħadt ftti miegħi.
Sbiħ il-jum, għejb ix-xemx, flimkien imxierka,
M’għandhomx lewn ħelu bħal wardiet ħaddejk;
Tisboq kull dija tas-smewwiet, o Mbierka,
Il-leħħa rżina minn ta’ ħbub għajnejk.
Warda li tbexxaq fiż-żernieq ta’ Mejju
Tixbaħ id-daħka ta’ xofftejk, ħanina,
Fil-ħin li miegħek tħaddan, tfajjel ħlejju,
Il-kbir Feddej, li bata u miet għalina.
Għajnejh miksura f’nagħsa ħiemda, iserraħ
Ġesù fuq sidrek ir-ras tiegħu żgħira,
Minn qalbu għal qalbek ġid is-sema jferraħ...
Ma’ dwarek l-anġli b’qima jħarsu b’għira.
Imbierka l-id illi pinġietek! Dija
Serqet lill-kwiekeb, ġmiel lill-ward tal-ġonna,
U bih libbsitek, o b’kull ħajr mimlija,
Sultana tas-smewwiet, ħelwa Madonna.
Hekk kont sabiħa, jien niftakar sewwa,
Meta fil-ħolma ta’ żgħuriti lmaħtek;
T’għajnejk, ta’ fommok kienet din il-ħlewwa;
U jien fi mħabbti bl-isem t’omm sejjaħtlek.
This work is in the public domain in the United States because it was first published outside the United States prior to January 1, 1929. Other jurisdictions have other rules. Also note that this work may not be in the public domain in the 9th Circuit if it was published after July 1, 1909, unless the author is known to have died in 1953 or earlier (more than 70 years ago).[1]
This work might not be in the public domain outside the United States and should not be transferred to a Wikisource language subdomain (or as a file it should not be migrated to the Wikimedia Commons) that excludes pre-1929 works copyrighted at home. | |